Politiki dwar il-partijiet terzi tal-Profil tan-Negozju

Sabiex ikunu jistgħu jinżammu esperjenzi pożittivi meta n-negozji jużaw partijiet terzi biex jimmaniġġjaw il-Profil tan-Negozju tagħhom fuq Google, aħna għandna politiki dwar il-partijiet terzi. Importanti li tkun midħla u aġġornat(a) fuq il-politiki ta' Google dwar il-partijiet terzi. Jekk aħna nemmnu li int tikser il-politiki tagħna, nistgħu nikkuntattjawk biex issir analiżi dettaljata u nitolbu azzjoni korrettiva. F'każijiet ta' ksur ripetut u serju, nistgħu nwaqqfuk milli timmaniġġja Profil tan-Negozju u nistgħu nikkuntattjaw lill-klijenti tiegħek biex navżawhom kif xieraq.

Sir af aktar fuq il-politiki dwar il-Profil tan-Negozju ta' Google.

Definizzjonijiet

"Parti terza (3P)" hija aġenzija awtorizzata biex timmaniġġja l-informazzjoni tan-negozju fuq il-Profil tan-Negozju għal negozju li mhux tagħha. Eżempji jinkludu:

  • Aġenzija ta' kummerċjalizzazzjoni diġitali.
  • Kumpanija terza tal-SEO/SEM.
  • Fornitur tal-ordnijiet, tal-iskedar, u tal-ibbukkjar online.
  • Fornitur ta' network affiljat.

"Klijenti finali" huma negozji li jidħlu fi ftehim kuntrattwali ma' parti terza biex jimmaniġġjaw l-informazzjoni tan-negozju tagħhom fuq il-Profil tan-Negozju ta' Google.

Rekwiżiti ta' trasparenza

Biex in-negozji jisfruttaw bis-sħiħ il-benefiċċji li jinstabu fuq Google, irid ikollhom l-informazzjoni t-tajba biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Għalhekk, neħtieġu li l-partijiet terzi u/jew ir-rappreżentanti awtorizzati kollha jkunu trasparenti f'dik li hija informazzjoni li taffettwa dawn id-deċiżjonijiet. Minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti deskritti hawn taħt, il-partijiet terzi jridu jagħmlu sforzi raġonevoli biex jipprovdu lill-klijenti finali b'informazzjoni rilevanti oħra, meta tintalab.

Ikkomunika l-bidliet kollha

Żgura li l-klijenti finali jkunu infurmati dwar il-bidliet kollha u dwar kwalunkwe editjar fil-profil tagħhom. Bidliet jew diżattivazzjonijiet ta' karatteristiċi tal-profil mingħajr il-kunsens ta' sid in-negozju huma pprojbiti. Il-partijiet terzi jridu jiżguraw ukoll li l-klijenti finali jifhmu x'inhu Profil tan-Negozju ta' Google u fejn tintuża d-data tal-Profil tan-Negozju tagħhom.

Onora t-talbiet ta' sjieda

Il-partijiet terzi u r-rappreżentanti awtorizzati għandhom jinfurmaw lin-negozji b'mod proattiv dwar is-sjieda u l-għażliet ta' ġestjoni. In-negozji għandhom id-dritt li jiddeterminaw jekk sieħeb għandux ikollu aċċess bħala Ko-Sid, bħala Maniġer jew l-ebda aċċess affattu. Barra minn hekk, il-klijenti finali kollha jridu jżommu s-sjieda jew il-kosjieda tal-Profil tan-Negozju tagħhom f'kull ħin.

Terminazzjoni tar-relazzjoni mal-klijent finali

Il-klijent finali tiegħek irid jingħata mod rapidu u faċli biex iwaqqaf is-servizz tiegħek. Fi żmien 7 ijiem tax-xogħol ta' avviż minn klijent finali, trid tipprovdi lil dak il-klijent il-kapaċità li jneħħi l-assoċjazzjoni tal-Kont ta' Google użat biex jimmaniġġja l-Profil tan-Negozju tiegħu mis-servizzi tiegħek u jerġa' jikseb il-kontroll esklużiv tiegħu. Jekk għandek permess biex timmaniġġja jew b'xi mod ieħor tibdel il-kont tal-klijent finali, trid ukoll iċċedi u tneħħi dawk il-permessi kif xieraq. Sir af aktar dwar it-trasferiment ta' sjieda.

Tariffi ta' ġestjoni

Il-partijiet terzi ħafna drabi jitolbu tariffa ta’ ġestjoni għas-servizzi ta’ valur li jipprovdu, u l-klijenti finali għandhom ikunu jafu jekk humiex se jkollhom iħallsu dawn it-tariffi. Jekk titlob tariffa ta' ġestjoni, trid tgħarraf lill-klijenti finali li l-Profil tan-Negozju huwa servizz ipprovdut mingħajr ebda ħlas addizzjonali. Bħala minimu, trid tinforma lill-klijenti l-ġodda bil-miktub qabel ma timmaniġġja l-profil tagħhom u tiżvela l-eżistenza ta’ din it-tariffa fuq il-fatturi tal-klijenti. Evita bidliet f'daqqa jew drammatiċi fit-tariffi tiegħek.

Aqsam l-avviż ta' żvelar

Huwa partikolarment importanti għan-negozji żgħar u ta' daqs medju—li jista' ma jkollhomx ir-riżorsi jew il-kompetenza ta' negozji kbar—li jkunu jafu x'jistgħu jistennew meta jaħdmu ma' sieħeb ta' parti terza. Għalhekk, il-partijiet terzi kollha li primarjament jaqdu negozji ta' daqs żgħir jew medju jeħtieġ li jaqsmu l-avviż ta' żvelar "Kif taħdem ma' parti terza" mal-klijenti kollha tagħhom.

Ikollok link għall-avviż ta' żvelar f'post li wieħed jista' jsibu mingħajr diffikultà fuq is-sit web tiegħek. Eżempji ta' postijiet aċċettabbli jinkludu l-qiegħ tal-paġna ewlenija tiegħek, id-dashboard tar-rappurtar tiegħek, u t-taqsima tal-prodotti jew tas-servizzi tas-sit tiegħek. Barra minn hekk, meta tmexxi negozju ġdid jew iġġedded ir-relazzjoni tiegħek ma' wieħed eżistenti, ħalli l-klijenti tiegħek ikunu jafu dwar il-preżenza tal-avviż ta' żvelar fuq is-sit web tiegħek jew bil-posta elettronika jew bil-posta.

Informazzjoni intuwittiva

Trid tagħti informazzjoni preċiża lill-klijenti finali tiegħek dwar il-Profil tan-Negozju ta' Google, inkluża l-abbiltà li jiddistingwu bejn id-data tal-Profil tan-Negozju u d-data minn pjattaformi oħra. Jekk is-servizz tiegħek jipprovdi data ta' rappurtar minn pjattaformi oħra ta' ġestjoni tal-profili, trid tirrapporta d-data ta' Profil tan-Negozju separatament mid-data mhux tal-Profil tan-Negozju. Jekk id-data speċifika għall-Profil tan-Negozju tiġi pprovduta wkoll f’post faċli biex taċċessaha, tista’ tirrapporta d-data tal-prestazzjoni aggregata (li tgħaqqad id-data tal-Profil tan-Negozju ma’ data mhux tal-Profil tan-Negozju). Ma tridx tqabbel jew taqsam id-data speċifika tal-Profil tan-Negozju ta' klijent wieħed mal-klijenti l-oħra tiegħek.

Jekk l-għodda tiegħek tipprovdi data dwar il-prestazzjoni tal-post ġeografiku li hija aggregata fuq pjattaformi multipli (pereżempju, Yelp, Yahoo, Bing, eċċ.), trid ukoll tipprovdi separatament ir-rapport tal-prestazzjoni tal-post tal-Profil tan-Negozju ta' Google u l-oqsma meħtieġa tiegħu.

Aqsam ir-rapporti tal-ispejjeż u l-prestazzjoni tal-ġestjoni tal-Profil tan-Negozju tiegħek b'mod li jagħmilha faċli għall-klijenti tiegħek biex jaċċessaw ir-rapporti, bħal bil-posta elettronika jew permezz tas-sit web tiegħek. Inkella, biex tissodisfa dan ir-rekwiżit, ħalli l-klijenti tiegħek jidħlu fil-Kont ta' Google użat biex jimmaniġġjaw il-Profil tan-Negozju tagħhom direttament biex jaċċessaw id-data tal-prestazzjoni tagħhom.

Ebda interferenza mal-monitoraġġ jew verifika

Biex tiżgura l-konformità mal-politiki u t-termini applikabbli kollha, Google tista' tissorvelja u tivverifika kwalunkwe attività tal-Profil tan-Negozju. Ma tistax tinterferixxi ma' tali monitoraġġ jew verifika u ma għandekx taħbi minn Google l-attività tal-Profil tan-Negozju tiegħek. Kwalunkwe interferenza titqies bħala ksur ta' dawn il-politiki.

Prattiki pprojbiti

Tiddikjarax il-pretensjoni tiegħek fuq negozju mingħajr kunsens.

Tista' tiddikjara l-pretensjoni tiegħek fuq Profil tan-Negozju u timmaniġġja Profil tan-Negozju biss jekk tkun ksibt il-kunsens espliċitu ta' sid in-negozju kif meħtieġ mil-liġi applikabbli. Il-kunsens jista' jkun bil-miktub jew l-implikazzjoni ta' forma ta' azzjoni pożittiva bħall-immarkar ta' kaxxa f'formola. Biex twieġeb għal reċensjonijiet f'isem il-klijent finali, irid ikollok approvazzjoni espliċita. Kunsens verbali mhuwiex biżżejjed. Jekk ikun hemm kunflitt bejn il-parti terza u n-negozjant, int trid tipprovdi prova bil-miktub jew diġitali tal-kunsens. Tiddikjarax profil b'mod prekawzjonarju biex tħeġġeġ, tipperswadi jew iġġiegħel lil negozju jsir klijent. Sforzi għal manipulazzjoni, għal impersonifikazzjoni u għal kisba ta' aċċess għal Profili tan-Negozju li int m'għandekx awtorizzazzjoni diretta u bil-miktub biex timmaniġġja huma pprojbiti. Mudelli li juru tendenzi ta' abbuż, ta' spam jew ta' kwalunkwe attività illeġittima jistgħu jirriżultaw fis-sospensjoni tal-kont tiegħek.

Affermazzjonijiet foloz, qarrieqa jew mhux realistiċi

Aħna rridu li n-negozji jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-ħidma ma’ sħab terzi, li jfisser li meta tiddeskrivi l-kumpanija tiegħek, is-servizzi tiegħek, l-ispejjeż assoċjati ma’ dawk is-servizzi, u r-riżultati li l-klijenti jistgħu jistennew, trid tkun skjett u onest. Tagħmilx affermazzjonijiet foloz, qarrieqa jew mhux realistiċi.

Eżempji:

  • Tirrappreżenta ħażin lil Google permezz ta' robocalls (telefonati li jsiru b'vuċi rreġistrata) jew tekniki oħra.
  • Tiggarantixxi l-aqwa tqegħid fuq Google.
  • Tiddikjara li l-profili se jidhru f'Google Search jew f'Google Maps il-ħin kollu.
  • Tirrappreżenta mingħajr ħlas prodotti ta' Google bħala prodotti li wieħed irid iħallas għalihom biex jidhru.
  • Tirrappreżenta ħażin lil Google jew lil parti terza direttament affiljata ma' Google, permezz ta' ismijiet ta' kont qarrieqa ta' organizzazzjoni. Dan jinkludi iżda mhuwiex limitat għal, l-użu ta' ismijiet ta' kont li jagħmlu referenza għal Google jew għall-entitajiet relatati magħha bħal "Google," "Google Cloud," "Alphabet", "Google certified," u "Google support team."

Kwalunke bidla jew editjar li tagħmel fil-Profil tan-Negozju jridu jkunu korretti u jsegwu l-politiki kollha dwar il-kontenut.

Imġiba ta’ fastidju, abbużiva jew mhux ta’ min jafdaha

In-negozji għandhom jiksbu l-istess servizz mill-aqwa minn sieħeb ta’ parti terza bħalma kienu jiksbu kieku ħadmu direttament ma’ Google. Mela ma tridx tkun ta' fastidju, tabbuża, jew tuża tattiċi mhux affidabbli ma' klijenti potenzjali jew eżistenti.

Eżempji:

  • Tikkuntattja wisq drabi lill-klijenti biex tħajjarhom għan-negozju tiegħek mingħajr ma tirrispetta l-listi ta' numri li m'għandekx iċċemplilhom.
  • Tpoġġi pressjoni żejda fuq klijent biex jiffirma jew jibqa' mal-aġenzija.
  • Thedded li l-klijenti ser jitilfu l-profil tagħhom jekk ma jabbonawx mal-aġenzija.
  • Iżżomm profil ostaġġ bi skambju għall-flus.
  • Tinvolvi ruħek fi prattiki ta' phishing.

Tmur lura għal aġġornamenti ta' Google u editjar issuġġerit

Biex tiżgura li l-aktar informazzjoni preċiża tiġi ppubblikata għan-negozjanti u l-utenti, Google tuża ħafna sorsi differenti ta’ data, inkluż kontenut iġġenerat mill-utent u data oħra ta’ partijiet terzi. Meta tieħu azzjonijiet awtomatizzati biex tinjora aġġornamenti ssuġġeriti mingħajr ma tikkonsulta man-negozjant, tikser it-termini tagħna. Il-partijiet terzi jridu jikkonsultaw man-negozjant biex jivverifikaw li d-data għadha preċiża. Jekk ma jagħmlux hekk, dan jista' jirriżulta f'azzjoni ta' infurzar, li tista' tinkludi kwota mnaqqsa tal-API.

Issettjar tal-Kont

Li tkun sid jew membru ta' organizzazzjoni huwa rwol li jġib miegħu poter. Jekk jogħġbok illimitah għal ftit mill-impjegati li l-aktar li tafda. Sir af aktar dwar l-organizzazzjonijet u l-gruppi tal-utenti.

Int responsabbli biex tiżgura l-integrità u s-sigurtà tal-kredenzjali tal-kontijiet tal-klijenti finali tiegħek. Hawn huma wħud mill-aqwa prattiki għall-ġestjoni tal-profili, il-kontijiet u l-passwords:

  • Wara li jkun inħoloq profil għal klijent, poġġi lil sid in-negozju bħala sid il-profil, u poġġi lilek nnifsek bħala l-maniġer tal-profil.
  • Jekk klijent diġà għandu Profil tan-Negozju, itolbu jistiednek bħala maniġer, mhux bħala sid.
  • Tixxerjax passwords mal-klijenti.
  • Jekk int ma għadekx timmaniġġja profil, neħħi l-profil mill-kont tiegħek.

X'jiġri jekk tikser politika

Rieżami ta' konformità: Nistgħu nanalizzaw in-negozju tiegħek għall-konformità mal-politika ta' parti terza fi kwalunkwe ħin. Jekk nikkuntattjawk biex nitolbu informazzjoni relatata mal-konformità, int mitlub li twieġeb fil-ħin u tieħu kwalunkwe azzjoni malajr biex issegwi l-politiki tagħna. Nistgħu nikkuntattjaw ukoll lill-klijenti tiegħek sabiex nivverifikaw il-konformità.

Notifika ta' nuqqas ta' konformità: Jekk nemmnu li ksirt politika dwar il-partijiet terzi, se nikkuntattjawk biex nitolbu azzjoni korrettiva. Jekk int tonqos milli tagħmel il-korrezzjonijiet mitluba fil-perjodu ta' żmien mogħti, aħna nistgħu nieħdu azzjoni ta' infurzar. F'każijiet ta' ksur ripetut u serju, nistgħu naġixxu immedjatament u mingħajr notifika.

Sospensjoni tal-programm minn parti terza: Il-parteċipazzjoni tiegħek fi programmi oħra ta' partijiet terzi ta' Google, bħal Google Partners jew Premier SMB Partners, hija bbażata fuq il-konformità ma' din il-politika ta' partijiet terzi u tista' tkun limitata jew sospiża jekk insibu li inti ksirt il-politiki tagħna jew jekk tonqos milli tikkoopera mal-isforzi tagħna biex nanalizzaw in-negozju tiegħek għall-konformità.

Sospensjoni tal-kont: Aħna nistgħu nissospendu Profil tan-Negozju u/jew il-Kont tal-Google li tuża biex timmaniġġja l-Profil tan-Negozju jekk int twettaq ksur serju ta' politika. F'każijiet ta' ksur ta' politika ripetut jew gravi, għandek imnejn ma tkunx tista' tibqa' timmaniġġja aktar Profil tan-Negozju. Barra minn hekk, aħna nistgħu nikkuntattjaw lill-klijenti tiegħek biex navżawhom kif xieraq.

Irrapporta ksur ta' politika ta' parti terza

Taħseb li sieħeb ta' parti terza jikser din il-politika? Infurmana: irrapporta ksur ta' politika dwar il-partijiet terzi.

Filwaqt li nistgħu ma nweġbukx personalment meta tikkuntattjana dwar parti terza, aħna se ninvestigaw il-kummenti tiegħek u, jekk meħtieġ, nieħdu azzjoni xierqa.

Need more help?

Try these next steps:

Fittex
Neħħi t-tiftixa
Agħlaq it-tfittxija
Menu prinċipali
15662283907998788263
true
Search Help Center
true
true
true
true
true
99729
false
false
false