Notification

Users can now migrate Google Podcasts subscriptions to YouTube Music or to another app that supports OPML import. Learn more here

Dwar id-DMA u s-servizzi llinkjati tiegħek

L-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA) huwa liġi tal-UE li daħlet fis-seħħ fis-6 ta' Marzu 2024. Bħala riżultat tad-DMA, fl-UE, Google toffrilek l-għażla li tillinkja ċerti servizzi ta' Google. Dawk is-servizzi ta' Google jinkludu:

  • Search
  • YouTube
  • Servizzi tar-reklami
  • Google Play
  • Chrome
  • Google Shopping
  • Google Maps

Tista' tagħżel li tillinkja dawn is-servizzi kollha, tagħżel li l-ebda minn dawn is-servizzi ma jkunu llinkjati, jew tagħżel liema minn dawn is-servizzi individwali trid tillinkja.

Meta jkunu llinkjati, dawn is-servizzi jistgħu jikkondividu d-dejta tiegħek ma' xulxin u mas-servizzi l-oħrajn kollha ta' Google għal ċerti skopijiet. Pereżempju, is-servizzi llinkjati ta' Google jistgħu jaħdmu flimkien biex jgħinu fil-personalizzazzjoni tal-kontenut u tar-reklami tiegħek, skont is-settings tiegħek.

Servizzi ta' Google li ma jistgħux jiġu llinkjati

Għall-biċċa l-kbira tal-utenti fl-UE, m'hemmx servizzi li ma jistgħux jiġu llinkjati. Xi servizzi ma jistgħux jiġu llinkjati għall-utenti fil-Ġermanja.

Suġġeriment: Is-servizzi l-oħrajn kollha ta' Google li jikkondividu dejta ma' xulxin u li ma jissemmewx hawn fuq dejjem ikunu llinkjati.

Dwar is-servizzi llinkjati

Jekk is-servizzi ma jkunux illinkjati, xi karatteristiċi li jinvolvu l-kondiviżjoni tad-dejta bejn is-servizzi ta' Google se jkunu limitati jew indisponibbli. Pereżempju:

  • Meta Search, YouTube, u Chrome ma jkunux servizzi llinkjati, ir-rakkomandazzjonijiet tiegħek f'Search, bħal “X'tara” u l-feed tiegħek ta' Skopri se jkunu anqas personalizzati.
  • Meta Search u Maps ma jkunux servizzi llinkjati, Prenotazzjonijiet magħmula fuq Search mhumiex se jidhru f'Google Maps.

L-aspetti ta' servizz li ma jinvolvux il-kondiviżjoni tad-dejta mhux se jkunu affettwati.

M'intix se tiġi lloggjat(a) 'il barra minn kwalunkwe servizz ta' Google jekk tagħżel li ma tillinkjax is-servizzi. Barra minn hekk, l-illinkjar tas-servizzi ta' Google ma jikkonċernax il-kondiviżjoni tad-dejta tiegħek ma' servizzi ta' partijiet terzi.

Immaniġġja s-servizzi llinkjati tiegħek

Int fil-kontroll. Tista' tagħżel liema mis-servizzi ta' Google elenkati hawn fuq ikunu llinkjati. Tista' tirrevedi jew tbiddel l-għażliet tiegħek fi kwalunkwe ħin fil-Kont ta' Google tiegħek. Sir af kif timmaniġġja s-servizzi llinkjati tiegħek.

Dwar id-dejta tiegħek

Sir af aktar dwar kif id-dejta tiegħek tintuża fost is-servizzi llinkjati ta' Google.

Liema dejta tintuża
Id-dejta personali li tinġabar dwar l-interazzjonijiet tiegħek mas-servizzi llinkjati ta' Google tista' tiġi kondiviża bejn kwalunkwe servizz illinkjat u ieħor. Dan jinkludi tfittxijiet, vidjows li tara fuq YouTube, applikazzjonijiet li tinstalla minn Google Play, informazzjoni assoċjata, bħall-informazzjoni dwar l-apparat tiegħek, u t-tipi l-oħrajn kollha ta' informazzjoni deskritti fil-Politika tal-Privatezza tagħna
Kif Google tuża din id-dejta

Google tuża din id-dejta kondiviża fost is-servizzi llinkjati għall-finijiet li huma stabbiliti fil-Politika tal-Privatezza tagħna:

  • Il-provvista ta' servizzi personalizzati, li jinkludu kontenut u reklami, skont is-settings tiegħek
  • Il-manutenzjoni u t-titjib tas-servizzi tagħna
  • L-iżvilupp ta' servizzi ġodda
  • Il-fehim ta' kif in-nies jużaw is-servizzi tagħna biex niżguraw u ntejbu l-prestazzjoni tas-servizzi tagħna

L-għażliet li tagħmel dwar is-servizzi llinkjati ma jbiddlux settings oħrajn tiegħek, bħall-għażliet li tkun għamilt biex tippersonalizza s-servizzi ta' Google. Dawn sempliċiment jespandu l-għażliet li għandek biex tikkontrolla kif tiġi kondiviża d-dejta tiegħek.

Google se tkompli tikkondividi d-dejta f'xi każijiet

Id-dejta tiegħek mis-servizzi kollha ta' Google, irrispettivament minn jekk ikunux illinkjati, xorta waħda tista' tiġi kondiviża fost is-servizzi kollha għal ċerti skopijiet, bħall-prevenzjoni ta' frodi, il-protezzjoni kontra spam u kontra abbuż, u għall-konformità mal-liġi.

Id-dejta tiegħek tista' tiġi kondiviża wkoll fost is-servizzi ta' Google biex tgħinek tlesti l-kompiti tiegħek b'mod effettiv meta żewġ servizzi jiġu offruti flimkien. 

Related resources 

Was this helpful?

How can we improve it?
Fittex
Neħħi t-Tfittxija
Agħlaq it-tfittxija
Menu prinċipali
2280030734578691826
true
Search Help Center
true
true
true
true
true
100334
false
false